Ibgħat t-talba tiegħek lil Sant’Antnin biex titpoġġa b’mod kunfidenzjali mill-patrijiet tagħna fuq il-qabar tal-Qaddis.
Talb lil Sant’Antnin ta’ Padova
Ftakar, Qaddis kbir tal-mirakli, li int qatt ma ċħadt l-għajnuna u l-faraġ tiegħek lil min sejjaħlek fi ħtiġijietu. Mimli b’din it-tama u kollni żgur li ma nitlobx għalxejn, jiena ndur lejk, li int tant għani fil-grazzji u tant għażiż għal Ġesù. Int, li kont titħaddet hekk tajjeb fuq il-ħniena bla tarf t’Alla, la tistmerrx issa t-talba tiegħi, iżda bis-setgħa li għandek quddiem Alla, wassalhieli quddiem it-tron tiegħu, biex nikseb l-għajnuna u l-faraġ fid-dwejjaq u l-ħtiġijiet li ninsab fihom. Ammen.