Talba lil Sant’Antnin
Ftakar, Qaddis kbir tal-mirakli, li int qatt ma ċħadt l-għajnuna u l-faraġ tiegħek lil min sejjaħlek fi ħtiġijietu. Mimli b’din it-tama u kollni żgur li ma nitlobx għalxejn, jiena ndur lejk, li int tant għani fil-grazzji u tant għażiż għal Ġesù. Int, li kont titħaddet hekk tajjeb fuq il-ħniena bla tarf t’Alla, la tistmerrx issa t-talba tiegħi, iżda bis-setgħa li għandek quddiem Alla, wassalhieli quddiem it-tron tiegħu, biex nikseb l-għajnuna u l-faraġ fid-dwejjaq u l-ħtiġijiet li ninsab fihom. Ammen.
SI QUAERIS
Jekk tixtieq l-għeġubijiet tara:
Jaħrab l-għawġ, l-għelt u x-xitan,
bħalma l-ġdiem u l-mewt iwarrbu;
min marid jieħu l-fejqan;
Jehda l-baħar, jerħu l-ktajjen;talb iż-żgħar u l-kbar emiengħal ġisimhom jaqla’ s-saħħa,kull mitluf isib x’imkien.
Jgħib fil-bogħ’d il-ħbit heddiedi,
U kull ħtieġa le ma żżid;
Jixhed dan min daq mill-faraġ,
il-Padwani jxandru l-ġid.
Jehda l-baħar, ...
Ħajr u glorja ’l Missier Alla,
Bħalu u daqsu ’l Ibnu wkoll;
Xorta waħda ’l Ruħ il-Qodos;
hekk kull fomm ilsienu jħoll.
Jehda l-baħar, ...
Sant’Antnin itlob għalina.
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.
Nitolbu.
O Alla, it-tifkira ta’ Sant’Antnin, duttur u konfessur tiegħek, tferraħ il-Knisja tiegħek; biex tissaħħaħ b’dak li hu ta’ ġid għar-ruħ, u jistħoqqilha tgawdi l-hena ta’ dejjem. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Sejħat lil Sant’Antnin
Mulejja, aħna nadurawk.
Mulejja, aħna nemmnu fik.
Mulejja, aħna nittamaw fik.
Mulejja, aħna nħobbuk.
Mulejja, ikun dak li trid Int, kif fis-sema hekda fl-art.
Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, ikollok ħniena minna.
Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, ħajja u qawmien tagħna, ikollok ħniena minna.
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, agħtina l-paċi.
O Marija, Omm tal-Feddej, agħtina l-paċi.
O Marija, Omm l-aktar safja, itlob għalina.
O Marija, saħħa tal-morda, itlob għalina.
O Marija, għajnuna tal-Insara, itlob għalina.
O Ġesù, jekk inti trid, tista’ tfejjaqni.
Sant’Antnin, tama tal-Knisja, irxoxta t-twemmin tagħna.
Sant’Antnin, ħuġġieġa mkebbsa bl-imħabba ta’ Alla, kebbsilna qalbna bl-istess imħabba tiegħek.
Sant’Antnin, li qaddist żmienek bil-fwieħa ta’ kull virtù, qaddes iż-żminijiet tagħna wkoll.
Sant’Antnin, li l-imħabba tiegħek lejn il-morda u l-fqajrin ġegħlitek tagħmel bosta mirakli,
agħmel li aħna wkoll induqu s-setgħa tal-patroċinju qawwi tiegħek quddiem Alla.
Sant’Antnin, li d-dinja kollha tagħrfek bħala l-“Qaddis tal-Mirakli”, wettaq illum ukoll dan it-twemmin tagħna fik.
Sant’Antnin, fjur ifuħ ta’ kull safa, saffina minn kull mard tar-ruħ u tal-ġisem.
Sant’Antnin, mera tal-akbar umiltà, orbot ir-rieda tagħna ma’ dik ta’ Alla.
Sant’Antnin, li ċħadt il-ġid tad-dinja, għallimna nintrabtu biss ma’ Alla.
Sant’Antnin talba ’l Alla ma taqta’ qatt għal għajrek, għallimna nitolbu sewwa biex naqilgħu mingħand Alla dak li neħtieġu.
Ikun imbierek min ġej f’isem il-Mulej.
O Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minna.
Ġesù faraġ tal-imnikktin, ikollok ħniena minna.
Qalb ta’ Ġesù, għajn ta’ kull faraġ, ikollok ħniena minna.
Qalb ta’ Ġesù, saħħa ta’ min jitma fik, ikollok ħniena minna.
O Marija, kenn tal-midinbin, itlob għalina.
Mulejja, agħmel li nara.
Mulejja, agħmel li nisma’.
Mulejja, agħmel li nimxi.
Mulejja, għid kelma waħda biss u jiena nfiq.
Tkun imbierka l-Imqaddsa u Immakulata Kunċizzjoni tal-Beata Verġni Marija Omm Alla.
Sant’Antnin, qaddis tal-mirakli, itlob għalina.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ikollok ħniena minna.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, agħtina l-paċi.
Kurunella ta’ Sant’Antnin ta’ Padova
Sant’Antnin, f’għeġubijietek
Tajt il-ħajja lill-mejtin;
Nitolbuk mill-mewt ta’ dejjem
Teħles lilna midinbin. Glorja...
Sant’Antnin, għax aħna ħbiebek
Meta x-xjaten jittantawna,
Nitolbuk li tieqaf magħna
Biex talbietek jiskansawna. Glorja...
Sant’Antnin, int għajn tal-grazzji,
F’kull inkwiet, tribulazzjoni,
Nitolbuk li tieqaf magħna
U taqlgħalna s-salvazzjoni. Glorja...
Sant’Antnin, bil-qawwa t’ismek
Jgħib kull hemm, tribulazzjoni;
Nitolbuk li tħarrab minna
It-tiġrib u t-tentazzjoni. Glorja...
Sant’Antnin, tabib ta’ qawwa,
Kulħadd minnek hu mismugħ;
Nitolbuk tfejjaqna dejjem
Kemm fil-ġisem, kemm fir-ruħ. Glorja...
2 Talb lil Sant’Antnin ta’ Padova
Sant’Antnin, saħħa tal-morda,
Tabib qawwi kollok ħniena;
Fis fejjaqna mill-mard kollu,
U aqlgħalna l-vera ndiema. Glorja...
Sant’Antnin, il-ħalel kollha
Malajr jobdu l-leħen tiegħek;
Nitolbuk mill-hemm tħarisna,
U teħodna l-ġenna miegħek. Glorja...
Sant’Antnin, muftieħ tal-ħniena
Għall-ilsiera u l-kalzrati;
Nitolbuk li minn kull jasar
Minnek niġu lliberati. Glorja...
Sant’Antnin, o x’qawwa għandek
Illi tfejjaq il-midruba;
Nitolbuk tqaddes lil ruħna
Biex minn Alla tkun mogħġuba. Glorja...
Sant’Antnin, inti ssibilna
Dawk il-ħwejjeġ mitlufin;
Nitolbuk tħarisna dejjem
Sabiex nogħġbu lill-Bambin. Glorja...
Sant’Antnin, li f’kull periklu
Fis jgħajtulek l-imnikktin;
Nitolbuk li tieqaf magħna
Biex noħorġu rebbiħin. Glorja...
Sant’Antnin, int ġid u hena
Tal-fqajrin u tal-minsija;
Agħmel li bl-Ewkaristija
Ruħna tkun bil-wisq mogħnija. Glorja...
Glorja lilek, Mulej Alla,
O Qaddis tal-Qaddisin;
Nitolbuk li ruħna issalva
Bit-talbiet ta’ Sant’Antnin. Glorja...
Talba jew Breve ta’ Sant’Antnin ta’ Padova
Li biha kien jeħles lill-bnedmin mix-xjaten u minn kull hemm.
Hawn hu s-Sinjal tal-fidwa,
li fuqu Sidna miet,
arawh, aħarbu, mriegħda,
spirti tad-dlamijiet.
Rebaħ l-Iljun ta’ Ġuda,
Bin David, Bin Marija;
warrbu minn hawn, tbiegħdu,
mirbuħa mill-Messija.
Hallelujah! Hallelujah!
Din it-talba tal-Qaddis, imsejħa wkoll Breve ta’ Sant’Antnin għandha qawwa kbira kontra kull tfixkil u l-Papa Ljun XIII fil-21 ta’ Mejju 1892 kien ta indulgenza parzjali lil kull min jgħidha.
Talba għall-Familja
Ilqa’, o għażiż Sant’Antnin, it-talba li qed nagħmillek għall-familja tiegħi u għall-familja l-kbira tad-devoti tiegħek imxerrdin mad-dinja. Idħol għal kull wieħed minna u ikseb għall-ħidma tagħna l-barkiet tas-sema. Għinna xħin nisfaw dgħajfa, kun int il-kenn tagħna kontra l-mard u l-perikli tal-ġisem u tar-ruħ; weżinna fit-tbatijiet u t-tiġrib li Alla fl-għerf tiegħu jogħġbu jgħaddina minnhom; tħallina qatt nonqsu mill-fidi tagħna. Aqlgħalna mingħand il-Mulej it-tjieba tal-qalb biex nissieħbu fil-ħniena kbira tiegħu lejn il-fqar u l-batuti. Isma’ talbna, o Qaddis tal-mirakli, wieġeb bit-tajjeb għat-tama li aħna qegħidna fis-setgħa kbira li għandek quddiem Alla. Ammen.
