Ċinema
The Old Oak
L-aħħar li tmut: it-tama
Ken Loach hu direttur veteran tal-films Ingliżi sa mill-ewwel film tiegħu, Poor Cow, fl-1967 u Kes, milqugħ ħafna, li segwa fl-1969 u li għadu meqjus bħala wieħed mill-aqwa films Brittaniċi ta’ kull żmien. L-influwenza tiegħu hi mifruxa, b’akklamazzjoni u suċċess kontinwu sa mis-snin 80, meta rebaħ il-Palme d’Or u l-BAFTA għall-Aħjar Film Brittaniku għall-film I, Daniel Blake.
L-aħħar film tiegħu (għallinaqas hekk qed jgħid), The Old Oak, hu storja oħra dwar is-soċjetà Brittanika li tindirizza l-istat tal-ekonomija fit-Tramuntana tal-Gran Brittanja u l-kriżi tarrefuġjati
Sirjani.
L-ewwel xeni tal-film huma filmati ta’ grupp ta’ refuġjati li waslu f’belt żgħira fil-Kontea ta’ Durham fl-2016 li kienu qed jinżlu malajr minn fuq ix-xarabank u xi ħadd ikollu kamera tar-ritratti li
fil-konfużjoni taqa’ u tinkiser. Dan mal-ewwel jistabbilixxi t-ton u juri li n-nies tal-lokal huma ostili.
The ‘Old Oak’ hu pub lokali mmexxi minn T J (Dave Turner), raġel li għadda minn esperjenzi diffiċli minħabba l-pub u l-kelb tiegħu. Il-pub hu l-uniku ħaġa li fadallu. Hu ddivorzjat u ma’ ibnu ma jitkellimx. Minkejja t-tbatijiet li għadda minnhom, T J hu wieħed mill-ftit nies tal-lokal li juru mogħdrija mar-refuġjati li, flimkien ma’ grupp ieħor żgħir ta’ volontarji, jgħinuhom u jġegħluhom iħossuhom milqugħa filwaqt li jsir ħabib ma’ Yara (Ebla Mari) u jgħinha biex issewwi l-kamera tar-ritratti.
Dan l-atteġġjament ma tantx jogħġob lil dawk li jiffrekwentaw il-pub, li ma jridux ikollox x’jaqsmu ma’ dawn in-nies u jaħsbu li T J għandu jagħmel l-istess. Filwaqt li juri l-ksenofobija tal-komunità, id-direttur Loach juri l-istat fqir ta’ dik iż-żona li darba kienet tant prosperuża u għażel li jistabbilixxi l-istorja fl-2016 b’riferiment ċar għar-referendum dwar il-Brexit. Fit-tieni nofs tal-film, iżda, in-nies jingħaqdu biex jipprovdu ikel u kumpanija għal xulxin u b’hekk ‘The O ld O ak’ ikun xempju ta’ dawl fi żmien mudlam.
Ir-relazzjoni bejn T J u Yara hi l-kolla li tgħaqqad il-film flimkien hekk kif żewġ persuni minn dinjiet differenti jsibu dak li hu komuni u japprezzaw aktar lil xulxin. Hemm sekwenza kommoventi fejn il-koppja żżur il-Katidral ta’ Durham waqt li Yara titkellem mill-qalb meta tara dak il-ġmiel ta’ tempju u tqabblu ma’ tant bini sabiħ u storiku li qed jitfarrak minn gwerra bla sens fis-Sirja, pajjiżha. Titkellem dwar it-tama u tassew hu kliem ta’ min jixtarru waqt li nħejju ruħna għall-Ġublew tat-Tama li l-Knisja se tiċċelebra dalwaqt. “But if I stop hoping, my heart will stop beating”, tgħid Yara. Kliem kuraġġjuż tassew minn min għandu kull raġun biex jitlef it-tama. Jekk nitlef t-tama, qalbni tieqaf tħabbat!
Paul Darmanin
0
reviews