IL-ĦABBAR TA’ SANT’ANTNIN - Lulju-Awwissu 2024
Editorjal
Tagħlim, ispirazzjoni
u motivazzjoni
u motivazzjoni
Dan l-aħħar id-Dar tal-Pubblikazzjonijiet Reliġjon u Ħajja tal-Franġiskani Konventwali ppubblikat bil-Malti fi ktieb it-taħdita li Don Luigi M aria E picoco ta fil-ftuħ tal-Kapitlu Provinċjali Ordinarju tal-Franġiskani Konventwali Maltin. Fl-artiklu tiegħu fil-paġna Pubblikazzjonijiet tal-ħarġa M ejju-Ġunju ta’ din ir-rivista, Patri Paul Darmanin kiteb li “fl-opinjoni tiegħi dan il-ktejjeb, għalkemm jittratta t-tiġdid u l-ispiritwlità tal-ħajja reliġjuża, mhuwiex ktieb għar-reliġjużi biss. Hu riflessjoni biex kulħadd ikun jista’ jsib fiha tagħlim, ispirazzjoni u motivazzjoni għal ħajja ta’ fidi aktar awtentika.”
Michael Caruana
Sant’Antnin ta’ Padova
L-Isem li hu ’l fuq minn kull isem
Fost il-prietki ta’ S ant’Antnin insibu dawk fejn jitfa’ rifletturi fuq l-isem ta’ Ġesù. F’dan l-artiklu se naraw kif il-Qaddis jikkummenta dwar l-isem ta’ Ġ esù. Jibda billi jikkwota l-Atti tal-Appostli (4:12): “m’hemm l-ebda isem ieħor taħt is-sema li bih aħna nistgħu nsalvaw”.
Fit-tħabbira lil Marija, l-Arkanġlu Gabrijel jgħid: “Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Int se tnissel u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir u jissejjaħ Bin Alla l-Għoli” (Lq 1:31-32).
Il-Qaddis jikkwota l-Evanġelju: “Meta wasal it-tmien jum, il-ġenituri ħadu lit-tifel biex jagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni u semmewh Ġesù, l-isem li tah l-Anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf” (Lq 2:21).
Anthony Borg
Ċinema
The Old Oak
Ken Loach hu direttur veteran tal-films Ingliżi sa mill-ewwel film tiegħu, Poor Cow, fl-1967 u Kes, milqugħ ħafna, li segwa fl-1969 u li għadu meqjus bħala wieħed mill-aqwa films Brittaniċi ta’ kull żmien. L-influwenza tiegħu hi mifruxa, b’akklamazzjoni u suċċess kontinwu sa mis-snin 80, meta rebaħ il-Palme d’Or u l-BAFTA għall-Aħjar Film Brittaniku għall-film I, Daniel Blake.
L-aħħar film tiegħu (għallinaqas hekk qed jgħid), The Old Oak, hu storja oħra dwar is-soċjetà Brittanika li tindirizza l-istat tal-ekonomija fit-Tramuntana tal-Gran Brittanja u l-kriżi tarrefuġjati
Sirjani.
L-ewwel xeni tal-film huma filmati ta’ grupp ta’ refuġjati li waslu f’belt żgħira fil-Kontea ta’ Durham fl-2016 li kienu qed jinżlu malajr minn fuq ix-xarabank u xi ħadd ikollu kamera tar-ritratti li fil-konfużjoni taqa’ u tinkiser. Dan mal-ewwel jistabbilixxi t-ton u juri li n-nies tal-lokal huma ostili.
Paul Darmanin
Sports
L-Olimpjadi tas-sajf f’Pariġi
L-Istati U niti huma l-favoriti li jirbħu l-aktar midalji fl-Olimpjadi li qed isiru f’Pariġi bħalissa.
Il-mistoqsija l-kbira hi jekk l-Amerikani hux se jirnexxielhom jirbħu l-akbar ammont ta’ midalji tad-deheb fejn kollox jindika li hemm taqtigħa interessanti maċ-Ċina.
L-Istati U niti hu maħsub li jirbħu 123 midalja: 37 tad-deheb, 34 tal-fidda u 52 tal-bronż. Iċ-Ċina hi mbassra li tirbaħ 87 midalja: 36 deheb, 29 fidda u 22 bronż.
Dan it-tbassir sar minn Nielsen’s Gracenote Sports li jipprovdi analiżi tal-kampjonati sportivi kollha madwar id-dinja.
Raymond Abdilla