IL-ĦABBAR TA’ SANT’ANTNIN - Jannar-Frar 2024
Editorjal
Sfida kbira quddiem il-Knisja
Tard f’Novembru li għadda ltaqgħet fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali f’Birkirkara l-Assemblea Djoċesana li kompliet tiddiskuti l-proċess ta’ tiġdid li għaddejja minnu l-Knisja f’Malta. Fil-bidu tal-ewwel ġurnata tal-Assemblea l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi, li qed imexxi l-Kummissjoni mwaqqfa mill-Arċisqof biex tieħu ħsieb it-twettiq tal-proċess, ta rendikont ta’ dak li sar matul is-sena li għaddiet...
Michael Caruana
Speċjali
Is-Sinodu tal-Isqfijiet
Smajtu li sar Sinodu f’Ruma f’Ottubru tal-2023? Tafu min iltaqa’? U tafu x’qalu?
Is-Sinodu ġie u mar! Jidhru xi effetti tiegħu fil-Knisja f’Malta? Aħna Kattoliċi Maltin li nħobbu l-Knisja għax tgħammidna fiha, kbirna u maż-żmien smajna l-Kelma ta’ Alla, ngħixu f’familji Nsara, ersaqna lejn is-Sagramenti u ħadtna sehem fihom, nieħdu sehem fil-movimenti u għaqdiet organizzati nazzjonali u fil-parroċċi fejn ngħixu...
Frans Bonnici
Sant’Antnin ta’ Padova
Il-ħbiberija bejnu u San Franġisk
Xi ħadd fisser li “il-ħbiberija” hi magħmula minn skiet dwar affarijiet li qatt ma ntqalu, iżda li huma mifhuma mqar b’ħarsa jew tbissima”. Il-ħbiberija tinftiehem aktar meta t-tnejn jkunu f’rabta ma’ Ġesù li qal: “insejħilkom Ħbieb” (Ġw15:15). Dan ġara lill-ħbiberija bejn San Franġisk u Sant’Antnin...
Thomas Calleja
Sports
Twelidt fil-futbol!
Jekk hemm xi ħaġa li nista’ nitkellem dwarha hi l-isport! Għaliex l-isport trid tgħixu biex tista’ titkellem fuqu! U jien mhux biss għextu, imma iffurmali ħajti bħala persuna u bħala saċerdot! U għalhekk hawn mhux se nitkellem fuq r-regoli u t-teknika tal-isport, imma kif jifforma l-ħajja tal-bniedem kull sport ipprattikat tajjeb u bil-passjoni...
Hilary Tagliaferro