IL-ĦABBAR TA’ SANT’ANTNIN
Rivista reliġjuża-kulturali ta' kull xagħrejn maħruġa mill-Patrijiet Franġiskani Konventwali

It-talba tiegħek quddiem Sant'Antnin
Ibgħatilna t-talba tiegħek u l-patrijiet tagħna jpoġġuha fuq il-qabar tal-Qaddis tal-mirakli

Editorjal - IL-PAPA LJUN XIV
Editorjal - IL-PAPA LJUN XIV
“Il-paċi magħkom” kienu l-ewwel żewġ kelmiet li bihom il-Papa Ljun XIV sellem lill-eluf ta’ nies mid-dinja kollha miġbura fi Pjazza San Pietru u fit-toroq qrib u lil dawk kollha li kienu qed isegwu l-mezzi ta’ kommunikazzjoni soċjali malli tfaċċa għall-ewwel darba fil-gallarija tal-Bażilika San Pietru ftit wara li ġie elett.
B’leħen kalm, iżda deċiż, is-suċċessur ta’ Pietru stieden lil kull wieħed u waħda minna biex “inkunu Knisja solidali, biex nimxu flimkien u dejjem infittxu l-paċi u l-karità u li nkunu qrib ta’ dawk li qed isofru”...

Speċjali - PAPA ĠDID VIĊIN IL-ĦAJJA TAN-NIES

Il-Knisja Kattolika l-Ħamis, 8 ta’ Mejju filgħaxija, ħabbret li l-Kardinal Robert Francis Prevost ġie elett bħala l-267 suċċessur ta’ Pietru bl-isem ta’ Ljun XIV.
Fil-ħin li daħna bajda ndikat li l-Kardinali eleġġew Papa ġdid kont il-bażilika San Giovanni in Laterano għall-ftuħ tal-Ġublew tal-Martri organizzat mill-Aid to the Church in Need (ACN). Aktar minn elf persuna mid-dinja kollha, fosthom grupp minn Malta mmexxi mill-President tal-ACN Malta, Stephen Axisa, konna preżenti għall-Quddiesa tal-ftuħ immexxija mill-Isqof Kanadiż John Joseph Kennedy flimkien ma’ Isqfijiet oħra, Patrijarka minn Burkina Faso u madwar 60 saċerdot. Kienu qed jagħtu x-xhieda tagħhom dwar il-persekuzzjoni f’pajjiżhom diversi membri tal-ACN meta tħabbar li għandna Papa ġdid. Il-programm sfaxxa u kulħadd f’ġirja għall-Pjazza San Pietru biex naraw min hu s-suċċessur tal-Papa Franġisku u nisimgħu l-ewwel kliem tiegħu lid-dinja.

Sant’Antnin ta’ Padova - IL-MULEJ JAGĦTIKOM IS-SLIEM!

It-13 ta’ Ġunju jinsab wara l-bieb! Għalina li għandna għal qalbna lil dan il-Qaddis kbir, din il-ġurnata hi waħda speċjali! Ma nafx qagħdtx kellkom l-okkażjoni li fit-13 ta’ Ġunju tkunu fil-belt ta’ Padova! Jekk iva, żgur li bqajtu impressjonati bl-ammont ta’ nies li joħonqu l-bażilika minn sbieħ il-jum sa tard bil-lejl!
Nies mill-erbat irjieħ tad-dinja, bejn tfal, żgħażagħ u anzjani li kulħadd bl-istorja tiegħu jiġi u jitlob l-interċessjoni ta’ Sant’Antnin.

Storja b'tagħlima - ŻOMM IL-FURKETTA...
Storja b'tagħlima - ŻOMM IL-FURKETTA...
Tereża kienet taf li kienet waslet biex tgħaddi għal ħajja oħra għax it-tobba qalulha li, bil-marda qerrieda li kellha, kien għad baqgħalha biss tliet xhur.
Għalhekk bdiet tħejji ruħha sew għal din il-ġrajja. Ċemplet lill-kappillan biex imur jaraha għax kellha xi tgħidlu. Qaltlu x’kant riedet fil-funeral, liema partijiet tal-Bibbja xtaqet li jinqraw u wkoll liema libsa xtaqet li jlibbsuha għad-difna. Talbitu wkoll ipoġġilha l-Bibbja tagħha magħha fit-tebut.

Reliġjon u Ħajja
Kotba reliġjużi għal kulħadd!

Talb lil Sant’Antnin ta’ Padova
Ftakar, Qaddis kbir tal-mirakli, li int qatt ma ċħadt l-għajnuna u l-faraġ tiegħek lil min sejjaħlek fi ħtiġijietu. Mimli b’din it-tama u kollni żgur li ma nitlobx għalxejn, jiena ndur lejk, li int tant għani fil-grazzji u tant għażiż għal Ġesù. Int, li kont titħaddet hekk tajjeb fuq il-ħniena bla tarf t’Alla, la tistmerrx issa t-talba tiegħi, iżda bis-setgħa li għandek quddiem Alla, wassalhieli quddiem it-tron tiegħu, biex nikseb l-għajnuna u l-faraġ fid-dwejjaq u l-ħtiġijiet li ninsab fihom. Ammen.