Sports
L-Olimpjadi tas-sajf f’Pariġi
Taqtigħa bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina
L-Istati U niti huma l-favoriti li jirbħu l-aktar midalji fl-Olimpjadi li qed isiru f’Pariġi bħalissa.
Il-mistoqsija l-kbira hi jekk l-Amerikani hux se jirnexxielhom jirbħu l-akbar ammont ta’ midalji tad-deheb fejn kollox jindika li hemm taqtigħa interessanti maċ-Ċina.
L-Istati U niti hu maħsub li jirbħu 123 midalja: 37 tad-deheb, 34 tal-fidda u 52 tal-bronż. Iċ-Ċina hi mbassra li tirbaħ 87 midalja: 36 deheb, 29 fidda u 22 bronż.
Dan it-tbassir sar minn Nielsen’s Gracenote Sports li jipprovdi analiżi tal-kampjonati sportivi kollha madwar id-dinja.
L-Istati U niti u ċ-Ċina spiċċaw fl-ewwel u fit-tieni, rispettivament, fiż-żewġ kategoriji tal-2021 fl-Olimpjadi ta’ Tokyo li saru tard minħabba l-pandemija tal-COVID 19.
Il-klassifikazzjoni ta’ Gracenote hi bbażata fuq midalji ġenerali mirbuħa, għalkemm oħrajn jiffokaw il-klassifikazzjoni fuq it-totali tad-deheb. Il-Kumitat
Olimpiku Internazzjonali ma jiġborx klassifiki u dan iħalli f’idejn in-nazzjonijiet u l-midja.
Jekk l-Amerikani jagħmluha bħala l-aktar pajjiż li jirbaħ midalji, din tkun tfisser it-tmien darba konsekuttiva li l-Istati Uniti jirbħu l-aktar midalji ġenerali fl-
Olimpjadi tas-Sajf.
L-aħħar darba li l-Istati Uniti ma laħqux l-akbar għadd ta’ midalji tad-deheb kien fl-Olimpjadi tal-2008 f’Beijing fejn iċ-Ċina investiet ħafna u kisbet suċċess.
L-istudju kkonferma wkoll il-progress li għamel ir-Renju Unit li f’Pariġi hu mistenni jirbaħ 62 midalja b’14 minnhom ikunu tad-deheb. Ir-Renju Unit kien rappreżentat f’kull logħob Olimpiku modern u fil-Logħob tas-Sajf 2020 spiċċa t-tielet fit-tabella tal-midalji O limpiċi tas-Sajf kemm fin-numru ta’ midalji tad-deheb mirbuħa kif ukoll fin-numru ġenerali ta’ midalji.
Londra ospitat il-Logħob Olimpiku tas-Sajf tliet darbiet: fl-1908, fl-1948 u fl-2012.
Atleti mir-Renju Unit jikkompetu bħala parti mit-Tim Olimpiku tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta’ Fuq u bħalissa hu magħruf bħala Team GB. Atleti mill-Irlanda ta’ Fuq jistgħu jagħżlu li jikkompetu għar-Renju Unit jew għar-Repubblika tal-Irlanda.
L-atleti Ingliżi rebħu total ta’ 950 midalja fil-Logħob Olimpiku. 916 minn dawn il-midalji ntrebħu fl-Olimpjadi tas-Sajf fejn Team GB hu l-uniku tim li rebaħ mill-inqas midalja tad-deheb waħda f’kull logħob.
Franza, li qed tospita dawn l-Olimpjadi, bħalma jiġri dejjem mill-organizzaturi, mistennija tmur tajjeb ukoll. Kollox jindika li se tirbaħ 56 midalja b’29 ikunu
tad-deheb. I l-fattur li l-ospitanti tal-Olimpjadi jmorru tajjeb hu minħabba li huma jinvestu aktar fit-taħriġ tal-atleti. Imbagħad, ovvjament, hemm is-sapport tal-pubbliku.
Il-pajjiżi l-oħra mistennija jirbħu: l-Awstralja 48 midalja - 13 deheb; il-Ġappun (46-12), l-Italja (46-11), il-Ġermanja (37-10), l-Olanda (34-17), il-Korea t’Isfel
(29-8), l-Ungerija (23-7), il-Kanada (20-6), S panja (18-4), l-Ukrajna (17-2), il-Brażil (16-7), New Zealand (16-4), il-Polonja (15-5), id-Danimarka (14-5), it-Turkija (14-4), l-Etjopja (13-2), l-Isvezja (12-6), il-Ġeorġja (12-3), is-Serbja (11-5), il-Belġju (11-3), l-Użbekistan (11-3), il-Każakstan (10-2), l-Iran (9-4),
il-Kroazja (9-3), ir-Rumanija (9-2) u l-Irlanda (9-2).
Minħabba li l-fattur ta’ preżenza ta’ atleti Russi sakemm ktibt dan l-artiklu ma kienx magħruf, dawn jistgħu biss jipparteċipaw f’isimhom personali u mhux taħt il-bandiera R ussa. Dan jgħodd ukoll sa ċertu punt għall-Belarus. Wieħed ma jistax jippontifika dwar kemm jistgħu jirbħu midalji. Dawn, minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, fl-aħħar sentejn kienu assenti mill-biċċa l-kbira tal-kompetizzjonijiet internazzjonali. Ma kienx lanqas ċar kemm se jipparteċipaw u
l-influwenza tagħhom hi diffiċli biex tiġi kkunsidrata fit-tbassir.
Raymond Abdilla
0
reviews