IL-ĦABBAR TA’ SANT’ANTNIN
Rivista reliġjuża-kulturali ta' kull xagħrejn maħruġa mill-Patrijiet Franġiskani Konventwali

It-talba tiegħek quddiem Sant'Antnin
Ibgħatilna t-talba tiegħek u l-patrijiet tagħna jpoġġuha fuq il-qabar tal-Qaddis tal-mirakli
IL-ĦABBAR TA’ SANT’ANTNIN - Marzu-April 2025

Editorjal - DIKJARAZZJONIJIET LI ĦAQQHOM ATTENZJONI
Editorjal - DIKJARAZZJONIJIET LI ĦAQQHOM ATTENZJONI
Aktar kmieni din is-sena saru żewġ dikjarazzjonijiet: waħda mill-President ta’ Malta Dr Myriam Spiteri Debono u l-oħra mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi li ftit ingħataw attenzjoni mill-midja lokali. Għax u għaliex mhux din ir-rivista ssemmih. Iżda żgur li kienu żewġ dikjarazzjonijiet li ħaqqhom attenzjoni.
F’intervista fil-programm XTRA li xxandar fuq TVM, in-Nutar Spiteri Debono sostniet li hu inevitabbli li l-abort jidħol f’Malta. L-istess għall-ewtanasja. X’tagħmel il-Presidenza mhijiex xi ħaġa li għandha tiġi diskussa issa, sostniet...

Tislima - L-ARĊISQOF EMERITU PAWLU CREMONA OP
Tislima - L-ARĊISQOF EMERITU PAWLU CREMONA OP
Fil-ħin li din ir-rivista kienet għall-istsmpa, tħabbret il-mewt tal-Arċisqof Emeritu Monsinjur Pawlu Cremona OP. Hu għadda għall-ħajja dejjem fl-Isptar Mater Dei ftit qabel nofs il-lejl tat-Tlieta, 18 ta’ Marzu fl-età ta’ 79 sena.
In-nomina tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta tħabbret fit-2 ta’ Diċembru 2006 u kien konsagrat isqof fis-26 ta’ Jannar 2007. L-Arċisqof Cremona għażel bħala motto għall-episkopat tiegħu: “Ħejju t-Triq għall-Mulej.”

Sant’Antnin ta’ Padova - FIS-SKIET INSIBU L-VERITÀ
Sant’Antnin ta’ Padova - FIS-SKIET INSIBU L-VERITÀ
Kemm hu sabiħ li nsibu ftit ħin waħedna fis-skiet! Madankollu, fil-verità, li nsibu mumenti ta’ skiet u noqogħdu għalina nfusna (solitudni) hi waħda mill-aktar affarijiet diffiċli. Qegħdin ngħixu f’dinja fejn is-skiet sar bħal donnu ġid rari. Inħossu l-bżonn tiegħu u kultant nixtiquh imma, meta jkollna ċans jew opportunità, naħarbu minnu.
Anki meta nkunu waħedna fis-skiet, moħħna jibda jdur u nirrimarkaw dwar affarijiet differenti: xi telefonata li rridu nagħmlu, xogħol li għandna b’lura, persuni li ilna ftit ma nkellmu jew xi aħbar li rajna fuq il-mowbajl...

Opinjoni - ID-DRITT LI TOQTOL
Opinjoni - ID-DRITT LI TOQTOL
Id-dinja tal-Punent qegħda tgħaddi minn fażi ta’ dekadenza hekk kif in-nies tagħha jabbandunaw ir-reliġjon u l-kumpass morali li kien imsaħħaħ mill-għeruq Insara tagħha. Dan jirrifletti ruħu fl-attitudni negattiva lejn il-ħajja umana u t-tnaqqis fir-rata tat-twelid li, f’Malta, issa hi l-aktar baxxa fil-Unjoni Ewropea. Minħabba f’hekk qed isir dejjem aktar ovvju li s-sostenn tal-anzjani jkun ta’ piż finanzjarju.
Din is-sitwazzjoni negattiva forsi tispjega r-raġuni għall-proposta tal-ewtanasja mill-Ministru tas-Saħħa...
Din is-sitwazzjoni negattiva forsi tispjega r-raġuni għall-proposta tal-ewtanasja mill-Ministru tas-Saħħa...

Reliġjon u Ħajja
Kotba reliġjużi għal kulħadd!

Talb lil Sant’Antnin ta’ Padova
Ftakar, Qaddis kbir tal-mirakli, li int qatt ma ċħadt l-għajnuna u l-faraġ tiegħek lil min sejjaħlek fi ħtiġijietu. Mimli b’din it-tama u kollni żgur li ma nitlobx għalxejn, jiena ndur lejk, li int tant għani fil-grazzji u tant għażiż għal Ġesù. Int, li kont titħaddet hekk tajjeb fuq il-ħniena bla tarf t’Alla, la tistmerrx issa t-talba tiegħi, iżda bis-setgħa li għandek quddiem Alla, wassalhieli quddiem it-tron tiegħu, biex nikseb l-għajnuna u l-faraġ fid-dwejjaq u l-ħtiġijiet li ninsab fihom. Ammen.