IL-ĦABBAR TA’ SANT’ANTNIN - Mejju-Ġunju 2024
Editorjal
Sehem in-Nisrani fil-politika
Is-Sibt, 8 ta’ Ġunju, aħna msejħa neleġġu sitt Membri Parlamentari Ewropej u l-Gvernijiet Lokali tagħna. B’kollox iridu jiġu eletti 476 kunsillier biex jiffurmaw it-68 Gvern Lokali f’Malta u f’Għawdex.
Fit-30 sena ta’ Gvern Lokali u fl-20 sena ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea saru diversi żviluppi u llum tinħass il-ħtieġa ta’ viżjoni li tħares lejn l-isfidi preżenti u dawk futuri. Fost dawn insibu li t-tessut tal-komunitajiet lokali qed jinbidel bl-influss ta’ barranin; l-aspettattivi tagħna dejjem qegħdin jiżdiedu; u r-rappreżentanti tagħna fil-Gvernijiet Lokali u fil-Parlament Ewropew għandhom jagħtu importanza akbar biex ikollna komunitajiet ħajjin...
Michael Caruana
Sant’Antnin ta’ Padova
L-Umiltà: l-għajn tal-virtuijiet
Sant’Antnin jikkummenta dwar meta Ġesù uża l-kelma Jien. “Jien it-Triq, il-Verità u l-Ħajja”, “Jien id-Dawl tad-dinja”, “Jien il-Ħobż ħaj nieżel mis-sema”, “Jien ir-Ragħaj it-Tajjeb” u ħafna oħrajn. Illum se nikkumenta dwar meta qal “Jien ta’ Qalb ħelwa u umli” (Mt 11:29).
Sant’Antnin m’għandux prietka speċifika dwar il-Qalb ta’ Ġesù, madanakollu jitkellem għadd ta’ drabi dwar l-umiltà li għalih hi “l-għajn tal-virtujiet”. Jgħid li “umiltà” ġejja mill-kelma bil-Latin humus, li tfisser art jew trab. Dan mill-ewwel jagħti ħjiel li, li tkun umli jfisser li tkun konxju tal-kundizzjoni baxxa tiegħek. Fil-festa ta’ San Ġwann Battista nsemmu l-pass fejn jgħid “Hu (Ġwanni) jkun kbir quddiem il-Mulej” (Lq 1:15) u “Il-bniedem hu dak li hu quddiem Alla”. Dan juri x’inhi l-umiltà għaliex “l-istima tal-persuna tiġi determinata mir-relazzjoni tiegħu ma’ Alla”...
Anthony Borg
Storja b’tagħlima
Int speċjali
Ġurnata minnhom għalliema talbet lill-istudenti tagħha biex jiktbu l-lista ta’ sħabhom kollha tal-klassi fuq biċċa karta. Qaltilhom wkoll biex iħallu spazju bejn kull isem. Imbagħad qaltilhom biex jaħsbu fuq l-aktar affarijiet sbieħ fuq sħabhom u jiktbuhom.
Damu ħafna biex lestew din il-biċċa xogħol, kważi żewġ lezzjonijiet sħaħ. Meta ħarġu mill-klassi kull student newwel il-karta lill-għalliema.
Is-Sibt ta’ wara l-għalliema għaddietu tikteb kull isem fuq biċċa karta u, taħt, tikteb x’qal dak l-student jew dik l-istudenta. It-Tnejn ta’ wara qassmet kull karta lil kull student. Bil-mod il-mod tbissima nfirxet fuq wiċċ kulmin kien qed jaqra dak li kien hemm miktub fuq il-karta tiegħu...
Josephine Bonello
Opinjoni
L-Insara u l-politika
Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jagħti importanza kbira lid-dimensjoni soċjali tal-bniedem. M’hemm l-ebda dubju li l-politika għandha rwol kruċjali li tagħti s-setgħa lin-nies biex jilħqu t-twettiq tagħhom b’mod aktar sħiħ u effettiv.
L-iskop tal-politika hu li tippromwovi l-ġid komuni li jirrispetta d-drittijiet fundamentali ta’ kull persuna. Id-dritt bażiku tal-bniedem hu d-dritt għall-ħajja. Dan, imbagħad, hu l-pedament li jagħti lok għad-drittijiet l-oħra kollha li jagħtu s-setgħa lill-persuna biex twettaq il-vokazzjoni tagħha fil-ħajja u biex tisfrutta t-talenti u l-abbiltajiet tagħha bl-aħjar mod li tista’. Għalhekk hu kruċjali li kull wieħed u waħda minna jipparteċipa biex jagħmel l-almu tiegħu għalih innifsu, għall-familja tiegħu u għall-komunità ta’ madwaru...
Klaus Vella Bardon