Home Novembru-Diċembru 2024 - Il-Habbar ta' Sant'Antnin

Go to content
IL-ĦABBAR TA’ SANT’ANTNIN
Rivista reliġjuża-kulturali ta' kull xagħrejn maħruġa mill-Patrijiet Franġiskani Konventwali
It-talba tiegħek quddiem Sant'Antnin
Ibgħatilna t-talba tiegħek u l-patrijiet tagħna jpoġġuha fuq il-qabar tal-Qaddis tal-mirakli
IL-ĦABBAR TA’ SANT’ANTNIN - Novembru-Diċembru 2024
Editorjal
Ir-raba’ enċiklika tal-Papa Franġisku
Il-Papa Franġisku tana r-raba’ enċiklika tiegħu, Dilexit nos (Hu ħabbna) b’sejħa għal għarfien imġedded tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù fl-era moderna u l-ħafna sfidi tagħha.
Enċiklika li tesprimi b’mod profond il-qalb u r-raġuni li tnebbaħ il-ministeru u l-maġisteru kollu tal-Papa Franġisku. Hi ċ-ċavetta biex nifhmu l-Maġisteru ta’ dan il-Papa.
L-enċiklika, li nħarġet meta s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar is-Sinodalità kien qorob lejn tmiemu, tenfasizza kemm l-ispiritwalità personali kif ukoll l-impenn missjunarju tal-komunità. F’din l-enċiklika, il-Papa jargumenta li l-ispiritwalità tal-Qalb ta’ Ġesù toffri tweġiba vitali għal dik li hu sejħilha “soċjetà likwida dominata mit-teknoloġija u l-konsumeriżmu”.
Michael Caruana
Sant’Antnin ta’ Padova
Is-sejħa għall-qdusija
Waqt li jitkellem dwar is-sejħa għall-qdusija, Sant’Antnin ifakkarna li “Alla għażilna fih qabel il-ħolqien tad-dinja biex inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba” (Ef 1, 4).

Din is-silta hi dik li l-Knisja għarfet bħala s-sejħa universali ta’ kull membru tagħha. Tant hu hekk li l-kapitlu ċentrali tal-Lumen Gentium, li hu d-dokument prinċipali tal-Konċilju Vatikan II, hu proprju dwar Is-Sejħa għall-Qdusija.

Il-Konċilju għamilha ċara li “kulħadd, fil-Knisja, kemm dawk li jagħmlu sehem mill-ġerarkija kif ukoll dawk immexxija minnha, huma msejħa għall-qdusija” (LG 39). Il-Konċilju jiċċara li, “għalkemm huma differenti l-modi ta’ kif is-Saċerdot, ir-Reliġjuż jew il-Lajk jgħix, il-qdusija tiegħu hi waħda” (LG 41).
Anthony Borg
Ambjent
Iż-żmien inessi?

Din is-sena jaħbat l-għoxrin anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent u għalhekk xtaqt nagħti ħarsa ħafifa lejn xi ftit mill-kwistjonijiet ambjentali li tkellmet dwarhom matul dawn l-aħħar snin. Dan mhux qed nagħmlu għax xprunat minn xi nostalġija partikolari, imma għax inħoss li, matul is-snin, il-Kummissjoni wriet li kellha verament għal qalbha l-ġid komuni u li ma beżgħetx titkellem ċar mingħajr ma tiċċappas b’ebda kulur partiġjan.
B’il fuq minn mitt stqarrija u opinjoni, il-Kummissjoni kienet leħen għal min m’għandux u ħadmet biex tinforma liċ-ċittadini fuq kwistjonijiet kurrenti biex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati.
Dan ma jfissirx li t-triq li qabdet il-Kummissjoni ma kinitx waħda mqallba. Kien hemm ħafna, kemm minn ġewwa u kemm minn barra l-Knisja, li ppreferew li l-Kummissjoni ma taqlax ħama u li toqgħod tehda tħawwel is-siġar ’l hinn u ’l hawn u torganizza l-clean ups. Kien hemm min kien tal-opinjoni li dawn huma materji li l-Knisja m’għandhiex tidħol fihom.
Paul Pace
Opinjoni

Is-sbuħija ta’ ‘Jien hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja’

Fl-Evanġelju ta’ Ġwanni 14, 6, Ġesù jgħid: “Jien hu t-triq, il-verità, u l-ħajja. Ħadd ma jista’ jasal għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.”
Dan il-kliem profond jiġbor fi ħdanu l-qofol tal-fidi Nisranija u juri s-sbuħija tar-rwol ta’ Kristu bħala l-pont li jgħaqqad lill-bniedem ma’ Alla, l-inkarnazzjoni tal-verità u s-sors tal-ħajja eterna. Kull frażi hi mimlija sinifikat li jmiss il-qalb u jissodisfa l-għatx tal-umanità għall-iskop, il-fehim u l-konnessjoni.
Ġesù jibda billi jiddikjara “Jien hu t-triq.” Dan il-kliem jitkellem dwar ix-xewqa umana għall-gwida u t-tifsira fil-ħajja. F’dinja mimlija inċertezza u konfużjoni Ġesù joffri triq ċara. Hu jistieden lil kulħadd biex jimxi warajh, mhux bħala gwida bogħod, iżda bħala sieħeb personali li jimxi ħdejn id-dixxipli tiegħu. Il-ħajja u t-tagħlim tiegħu jipprovdu mudell għal kif ngħixu bl-imħabba, l-umiltà u l-grazzja u juru kif nistgħu ngħaddu mill-kumplessitajiet tal-eżistenza billi nibqgħu mwaħħlin fi skop divin.
Klaus Vella Bardon
Reliġjon u Ħajja
Kotba reliġjużi għal kulħadd!
Ibgħat t-talba tiegħek lil Sant’Antnin biex titpoġġa mill-patrijiet tagħna fuq il-qabar tal-Qaddis.


Talb lil Sant’Antnin ta’ Padova
Ftakar, Qaddis kbir tal-mirakli, li int qatt ma ċħadt l-għajnuna u l-faraġ tiegħek lil min sejjaħlek fi ħtiġijietu. Mimli b’din it-tama u kollni żgur li ma nitlobx għalxejn, jiena ndur lejk, li int tant għani fil-grazzji u tant għażiż għal Ġesù. Int, li kont titħaddet hekk tajjeb fuq il-ħniena bla tarf t’Alla, la tistmerrx issa t-talba tiegħi, iżda bis-setgħa li għandek quddiem Alla, wassalhieli quddiem it-tron tiegħu, biex nikseb l-għajnuna u l-faraġ fid-dwejjaq u l-ħtiġijiet li ninsab fihom. Ammen.
ĊAK, Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611 - MALTA
Tel: +356 21 498 343 - info@habbar.cakmalta.org

© ĊAK Ltd. Franġiskani Konventwali, Malta 2024
Back to content