Il-Habbar ta' Sant'Antnin

Go to content
IL-ĦABBAR TA’ SANT’ANTNIN
Rivista reliġjuża-kulturali ta' kull xagħrejn maħruġa mill-Patrijiet Franġiskani Konventwali
It-talba tiegħek quddiem Sant'Antnin
Ibgħatilna t-talba tiegħek u l-patrijiet tagħna jpoġġuha fuq il-qabar tal-Qaddis tal-mirakli

Akkwista l-Kalendarju ta’ Sant’Antnin
għas-sena 2024

Editorjal
Quddiem il-vjolenza fuq in-nisa

Parti mill-proċess sinodali għat-tiġdid ekkleżjali Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed hi l-konverżazzjoni spiritwali li tagħmel u sservi ta’ opportunità biex il-Knisja tistabbilixxi r-rwol tagħha f’Malta llum.

Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed wara l-aħħar qtil ta’ mara li kienet ilha żmien tiġi mhedda, organizzat sessjoni biex tindirizza t-trawma tal-femiċidju. Din kienet parti mid-diskussjoni spiritwali riċenti anki fid-dawl tal-atti orribbli li bosta nisa qed jaffaċċjaw kuljum.

Lil hinn minn kwistjonijiet politiċi u kulturali, il-femiċidju jġib miegħu ħafna wġigħ, theddid u tkissir. Neħtieġu saħħa psikoloġika u spiritwali biex nipproteġu lilna nfusna mill-effetti sottili, imma estensivi, tiegħu filwaqt li nagħrfu l-ħsara li qed ssir. Nistgħu ninġabru fit-talb bħala Nsara u nitolbu l-għajta ta’ Ġesù fuq is-salib: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?” Għajta li ħafna nisa jistgħu jirreletaw magħha llum.

Michael Caruana

Biex tidħol tara aktar mir-rivista
irregistra llum.
Ibgħat t-talba tiegħek lil Sant’Antnin biex titpoġġa mill-patrijiet tagħna fuq il-qabar tal-Qaddis.

Agħmel talba issa quddiem il-qabar ta’ Sant’Antnin
Link virtwali live mill-qabar f’Padova
Agħfas fuq ir-ritratt.

SETTEMBRU-OTTUBRU 2024 - Werrej


EDITORJAL. QUDDIEM IL-VJOLENZA FUQ IN-NISA / Michael Caruana AQRA

IL-FRANĠISKANI KONVENTWALI
F’SAN PAWL IL-BAĦAR: IL-PATRIJIET IDAWRU SFIDA F’OPPORTUNITÀ / Patri Joseph Mamo

Aħbarijiet mill-Patrijiet Franġiskani Konventwali / Patri Christian A. Borg

SANT’ANTNIN TA’ PADOVA
IT-TLIET FESTI U L-ILBIES TAGĦHOM / Anthony Borg AQRA

BIBBJA
JIEN IL-ĦOBŻ TAL-ĦAJJA / Patri Ray Gatt

INTERVISTA
BŻONN TA’ ĠENERAZZJONI TA’ POLITIĊI NSARA / Michael Caruana

AMBJENT
KIF NISTA’ NITTRASKURA L-KURA TA’ DARNA? / Professur Paul Pace AQRA

SPEĊJALI
SAN FRANĠISK JIRĊIEVI L-PJAGI TAL-PASSJONI / Francesco Spiteri

Mid-Dinja Kattolika / Dun Geoffrey George Attard

OPINJONI
IR-RINAZZIMENT TAL-GĦERF TA’ CHESTERTON / Klaus Vella Bardon

ATTWALITÀ
BUST TA’ PATRI ELIJA VELLA / Patri Stephen Borg
INNU LIL SAN FRANĠISK TAL-PJAGI / Patri George Ocar Buttigieg

MISTOQSIJA U TWEĠIBA
MISTEDNIN JEW PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI? / Fra Antonju

ĊINEMA
ONE LIFE / Patri Paul Darmanin

PUBBLIKAZZJONIJIET
INQADDSU JUM IL-MULEJ / Francesco Pio Attard

GĦAWDEX
L-EWWEL VIŻTA PASTORALI TAL-ISQOF ANTON TEUMA / Francesco Pio Attard

SPORTS
IL-FUTBOL INGLIŻ U DAK TALJAN / Raymond Abdilla

STORJA B’TAGĦLIMA
ID-DJAMANT MAQSUM / Josephine Bonello AQRA

L-ISTEJJER TA’ FRANS
L-ERWIEĦ / Charmaine Tanti

RIĊETTA
BOCCONCINI TAL-LEWŻ / Helen D’Amato

Kompetizzjoni bi premju / Michael Zammit
ĊAK, Triq S. Sommier, Birkirkara BKR4611 - MALTA
Tel: +356 21 498 343 - info@habbar.cakmalta.org

© ĊAK Ltd. Franġiskani Konventwali, Malta 2024
Back to content